Il-kumpanija ECABS inawgurat ċentru ta’ loġistika b’investiment ta’ aktar minn €5 miljun, li l-għan ewlieni tiegħu hu li jipprovdi l-aħħar teknoloġija li se tkun qed twassal għal servizz aktar effiċjenti.
Dan l-investiment se jwassal għal prezzijiet aktar kompettitivi għall-klijenti li jkollhom bżonn faċilità ta’ trasport.
L-inawgurazzjoni saret illejla f’binja ġdida tal-ECABS f’Paceville. Fost dawk preżenti kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat li faħħar l-innovazzjoni li adottat il-kumpanija fl-aħħar seba’ snin.
Il-Prim Ministru laqa’ ukoll b’sodisfazzjon il-mod li l-kumpanija se ssaħħaħ il-flotta tagħha permezz ta’ karozzi li jaħdmu bil-gass u l-elettriku, bl-għan li ssir anqas ħsara lill-ambjent.