Immigranti li jinsabu abbord Golfo Azzuro, bastiment li jinsab maqbud barra mill-Kosta Maltija, għadhom qed jistennew biex tittieħed deċiżjoni ta’ fejn se jkunu qed jiddaħlu.
Ilbieraħ parti mill-ekwipaġġ li kienu jinsabu fuq il-bastiment marru lura lejn pajjiżhom dan wara li l-ħaddiema spiċċalhom il-perjodu tax-xogħol u għalhekk intbagħtet dgħajsa privata għalihom. Dawn ittieħdu Malta u minn hawn qabdu r-rotta fid-destinazzjoni tagħhom bl-ajruplan.
Il-każ tal-Golfo Azzuro żviluppa lbieraħ filgħodu wara li l-bastiment f’territorju Taljan ma tħalliex jidħol Lampedusa. Dan hekk kif l-Italja qed tirrifjuta li jidħlu.
Għaldaqstant Malta mhux qed taċċetta li ġġib lill-immigranti f’Malta hekk kif dawn ma segwewx ir-regolamenti internazzjonali.