Mexxejja Ewropej qed jiltaqgħu llum f’dak li huwa meqjus summit ta’ kriżi fi Brussell, din id-darba mingħajr il-preżenza ta’ David Cameron.
F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Minsitru Joseph Muscat kien mistoqsi dwar is-sigurtà u l-fatt li Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew is-sena d-dieħla. Stqarr li filwaqt li ħadd m’hu eżentat mill-periklu, l-informazzjoni li qed tasal min-naħa tas-servizzi sigrieti Maltin ma tindika ebda attivtà li tista’ tkun ta’ periklu għal Malta.
Il-Prim Minsitru qal li jekk is-sitwazzjoni tinbidel, tkun ikkomunikata mill-ewwel. Madanakollu saħaq li pajjiżna mhuwiex aktar vulnerabbli minħabba l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew.