It-Tarxien Pageant Group għandu madwar 150 volontier. Dawn kienu jagħmlu l-provi fiċ-ċentru San Ġwann Bosco, li ingħalaq ħesrem, xahar wara li nbidel il-Kappillan f’Ħal Tarxien.
Il-Kappillan Michael Bellizzi spjega li ftit wara li beda l-ħidma tiegħu f’din il-parroċċa, il-Kurja rċiviet protest ġudizzjarju li ċ-ċentru huwa kkundannat. Dan ikkonfermawh kemm il-Protezzjoni Ċivili kif ukoll l-awtorità responsabbli mis-Saħħa u s-Sigurtà.
Il-post, tliet snin wara, għadu magħluq. Il-Kappillan qal li bħala soluzzjoni temporanja, il-volontiera jistgħu jagħmlu użu minn Dar Nazareth. Madanakollu, ma jarax soluzzjoni fissa. Il-volontiera Lorraine Borg Ballucci u Gaetano Barbara qalu tagħhom waqt il-programm Pjazza.