Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li m’għandu ebda reazzjoni għal dak li kitbet Daphne Caruana Galizia fuq il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco.
Caruana Galizia kitbet biex in-nies ma jivvotawx lil dawk li mhux qegħdin jagħtu l-appoġġ kollu lil Simon Busuttil u fost oħrajn semmiet kif Mario De Marco għadu Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista anke jekk fi kliemha ma jurix dan. Dalgħodu staqsew dwar dan il-maltatoday u l-Kap qal biss li “m’għandu reazzjoni.”
Caruana Galizia qalet li vera De Marco kellu mument difficli, iżda skont hi anke Beppe Fenech Adami, li skont kitbitha tgħidx kemm qed jagħmel xogħol tajjeb. Qalet li hemm oħrajn li mhux jappoġġjaw lil Simon Busuttil u dawn għandhom ikunu mgħallqa. “Tivvotawlhomx,” kitbet Caruana Galizia.