Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia li l-pulzija ma rċeviet ebda rapport li fil-ġranet ta’ qabel l-elezzjoni jew fit-3 ta’ Ġunju stess, f’Għawdex tqassmu whitegoods b’xejn “lil numru kbir ta’ votanti”.
F’mistoqsija parlamentari, Beppe Fenech Adami qal li dan l-aġir jikkostitwixxi corrupt practice.
Sadanittant, il-Ministru Farrugia ikkonferma bejn l-1 ta’ Mejju, meta ġiet imħabbra l-elezzjoni, sat-30 ta’ Ġunju, ftit jiem qabel l-elezzjoni, il-Pulizija rċeviet tliet rapporti. Minn investigazzjoni li saret, ma nstab xejn fuq tnejn mill-każi ta’ allegat reati ta’ prattiċi korrotti iżda l-Pulizija għadha qed tinvestiga wieħed mir-rapporti.
Bi tweġiba għal mistoqsija oħra, l-Ministru Farrugia qal li l-Pulizija ma rċeviet ebda rapport dwar ġuramenti foloz li setgħu ġew meħuda waqt il-votazzjoni fl-elezzjoni ġenerali. Għall-mistoqsija tal-istess interpellant, il-Ministru Farrugia qal li l-Pulizija mhux tinvestiga allegazzjonijiet ta’ xiri ta’ voti relatati mal-istess elezzjoni ġenerali.