“Kull min jisma’ dawn il-proposti, jgħid allerwieh”
Hekk qal Simon Busuttil dwar il-proposti tiegħu fil-qasam tas-saħħa…proposti li ma fihom assulutament xejn ġdid.
Tista’ ssejħilhom kompletament ikkopjati. Jekk hux servizz ta’ chemo b’xejn li diġà jingħata, sptar speċjalizzat lil min għandu problemi ta’ saħħa mentali li diġà se jinbena, jew inkella t-tkabbir tal-Addolorata u li jonora l-konvenji..ħaġa li diġà qed ssir.
Dwar l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, Busuttil qal li l-għan tiegħu mhux il-vijabilità. Jiġifieri Busuttil fil-Gvern, il-vijabilità tal-isptar tkun mhedda, u allura anke s-servizz lill-pazjenti. Il-kuntratt mal-Vitals reġa’ esprima r-rieda li jarmih, u miegħu jarmi l-potenzjal ta’ Għawdex bħala ċentru state of the art fil-qasam tas-saħħa.
Saħansitra qal li l-Għawdxin huma “ifferoċjati” u l-Ministru ġdid Nazzjonalist t’Għawdex, l-ewwel ħaġa li jagħmel qabel jibda xogħolu hi li jmur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u jżarma l-kuntratt mal-Vitals. “Ħadd ma jaf minn huma” qal Busuttil dwar Vitals – isem rinomat fil-qasam.
Tkellem ukoll fuq l-IVF u qal li taħt Gvern Nazzjonalista “kien hemm kull ħsieb li jsir” l-IVF clinic – imma qatt ma sar. Tant li Joseph Muscat diġà spjega li kien hemm apparat disponsibbli, imma tħall jiżdinga.
Forsi l-iktar aspett inkwetanti mill-konferenza tal-aħbarijiet li għadu kemm indirizza, hemm il-fatt li minkejja r-rieda li jitħassar il-kuntratt mal-Vitals, ma weġibx meta mitlub jgħid kemm se jinvesti Partit Nazzjonalista fil-Gvern biex l-Isptar Ġenerali t’Għawdex jipprovdi servizz tal-ewwel klassi.