L-awtoritajiet Maltin ma rċivew ebda lment dwar dak li jissejjaħ internet throttling. Dawn iżżewġ kelmiet tekniċi jirreferu għal meta kumpanija li tipprovdi s-servizz tal-internet tnaqqas il-veloċità li bih jasal is-servizz.
Xi ħaġa li tifrustra ħafna lil min l-internet ikollu bżonnu għall-gaming jew inkella biex jara l-films b’mod regolari. Din tal-internet throttling hi miżura reattiva li ħafna drabi tintuża biex tnaqqas il-konġestjoni fin-network. Għalkemm hemm min jargumenta li din issir ukoll biex dawk li joffru dan is-servizz ifixklu servizzi mhux legali ta’ aċċess għal stazzjonijiet televiżivi bħall-IPTV.
Għalkemm din hi xi ħaġa li tinstema’ l-iktar fost nies li jħaddmu dawn is-sistemi u mhux xi ħaġa li qatt ingħadet uffiċjalment. Fuq kollox anke jekk f ’siti popolari għall-ilmenti bħal Are You Being Served din tal-veloċità ġieli kienet kwistjoni, jidher li hekk kellhom l-ilmenti, il-Maltin għamluhom mal-kumpaniji direttament.
Għax kif intqal fil-Parlament mill-Ministru Owen Bonnici għad-domanda tad-deputat Byron Camilleri “l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ma rċevietx ilmenti/każijiet f ’dan ir-rigward.”