Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma laqa’ r-rapport tal-Awditur Ġenerali b’rabta mal-powerstation tal-gass dwar kif il-proġett kien bżonnjuż sabiex il-pajjiż ikollu provvista sigura. Fl-istqarrija l-Ministeru tal-Enerġija spjega kif kuntrarju ta’ dak allegat mill-Oppożizzjoni, l-Awditur Ġenerali kkonferma li l-għoti tal-kuntratt lill-konsorzju Electrogas sar b’mod serju, trasparenti, u b’mod strutturat.
Il-Ministeru spjega kif ake jekk ġew identifikati nuqqasijiet żgħar b’rabta mal-amministrattività, issa ġie kkonfermat li l-għażla tal-kuntratt lill-konsorzju Electrogas kien l-akar wieħed vantaġġjuż u l-irħas għall-konsumaturi.
Fil-proċess kollu, li ġie skrutinizzat u approvat mill-Kummissjoni Ewropea, instab li ma kien hemm ebda każ ta’ kunflitt ta’ interess.