L-armla u t-tifel ta’ ħaddiem li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol 14–il sena ilu, ma ngħatawx kumpens wara li l-Qorti ddeċidiet li l-inċident kien seħħ tort tal-vittma stess għax ma kienx liebes ilbies protettiv.
L-inċident imur lura għal Ottubru tal-2002 meta Joseph Borg ħa xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq sit fl-Imtarfa ma’ żewġ irġiel oħra. Fl-2005, tliet snin wara l-inċident fatali, martu Mary Ann u ibnu Daniel fetħu kawża kontra wieħed mill-ħaddiema u l-Enemalta, fejn talbu lill-Qorti biex iżżommhom responsabbli għal mewtu.
Wara li l-Qorti kkunsidrat li l-vittma ma kienx liebes iż-żarbun protettiv u li ma tax kas il-warejs tal-elettriku mikxufa waqt li kien qed jaħdem, ikkonkludiet li l-kumpens ma jingħatax.