Il-Qorti ċaħdet talba ta’ kumpens ta’ raġel li kien sospiż mix-xogħol fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paul wara li allegatament abbuża resident b’mod fiżiku.
Redent Pintley ta’ 57 sena kien fetaħ kawża fil-Qorti kontra l-Kap Eżekuttiv u d-Direttur tar-residenza, wara li kien trasferit f’taqsima oħra tar-residenza, u għalhekk talab kumpens ta’ €27,200.
Huwa kien beda jiġi nvestigat wara li kien sar rapport li beda jabbuża fiżikament minn pazjent, liema investigazzjoni sabet li ma kienx hemm biżżejjed provi t’abbuż.
Fil-Qort intqal li huwa kien sospiż sakemm saru l-investigazzjonijiet.
Il-Qorti nnutat li Pintley ma ressaqx provi ta’ aġir ħażin min-naħa tad-Direttur u l-Kap Eżekuttiv tar-residenza.
Filfatt, ġie nnutat kif l-unika nuqqas min-naħa tagħhom kienet tkun kieku ma ġiex sospiż wara l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu.