Il-Partit Nazzjonalista donnu mhux kuntent li eluf ta’ studenti se jkunu qed jużaw it-trasport organizzat għall-ewwel darba u li eluf oħra se jiffrankaw mijiet ta’ ewro fis-sena għax din id-darba se jħallas il-gvern, għal dak li sas-sena li għaddiet kienu joħorġu mill-but huma.
Dan għax ma kellux kelma pożittiva waħda xi jgħid dwar din il-bidla kbira li qed iseħħ. Saħansitra, hemm ukoll 1,500 student li żdiedu fuq is-servizz li joffri l-istat għall-iskejjel pubbliċi. Riżultat ta’ kuntratti negozjati aħjar u titjib fuq li kien hemm.
Dawk it-800 student li baqalgħom isibu trasport qed ikunu mgħejjuna mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-gvern huwa impenjat li huma wkoll igawdu minn din l-iskema.
Id-differenza bejn illum u gvern nazzjonalista hi li llum nitkellmu dwar sfidi tas-suċċess u l-implimentazzjoni u fi żmien il-PN konna nitkellmu dwar dak li jkun imwiegħed u ma jseħħx.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.