Fl-aħħar sigħat ma feġġ ebda każ ta’ COVID-19 minn fost 1,793 test li saru.
Fl-istess waqt, fiequ 3 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna, biex il-każijiet attivi niżlu għal 59.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 953,096 test.
Ingħataw ukoll 587,160 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 339,176 persuna ħadu l-ewwel doża u 258,929 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għat-tmintax-il jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.