Bjorn Formosa spjega l-mod li bih it-tieġ tiegħu u ta’ Maria se jkompli jgħin biex issir aktar riċerka dwar l-ALS u ikun hemm investiment f’apparat li jiffaċilita ħajjet min għandu l-ALS.
Waqt il-programm Pjazza tkellem Wilfred Kenely, responsabbli mill-mod kif se jitmexxa trust imwaqqaf apposta. Osserva li filwaqt li koppji oħrajn ikunu fuq xi cruiseliner jew ajruplan għall-qamar il-għasel, il-familja Formosa qed titkellem dwar riċerka, DNA u fondi.
Qal li issa jmiss li toħroġ sejħa għal student jew studenta b’degree diġà f’qasam fil-mediċina jew kimika, biex għall-bidu tas-sena jibda kors ta’ dottorat fil-mard motor neuron.
Hawn tista’ ssegwi l-kummenti ta’ Reuben Cauchi, lettur u riċerkatur fl-Università ta’ Malta.