Investigaturi Amerikani qed jippruvaw isibu raġuni għaliex raġel ta’ tlieta u sittin sena sploda bomba suwiċida, li darrbet tliet persuni f’Nashville.
Is-suspettat b’rabta mal-attakk li seħħ f’Jum il-Milied jismu Anthony Quinn Warner, u l-mottiv għadu jrid jiġi stabbilit.
Investigaturi għamlu tfittxija fir-residenza ta’ Warner u żaru l-kumpanija fejn kien jaħdem biex jippruvaw jifhmu l-mottiv wara dan l-attakk.
Ritratt: Reuters