Minkejja li siti tat-temp Taljani bdew iħabbru li hemm ċans li jifforma Uragan Mediterranju fuq il-baħar Tirren u mistenni jolqot Sqallija dan mhux se jkun qed jolqot lill-gżejjer Maltin.Is-sit tat-tbassir tat-temp, FirstMalta, rrapporta kif għalkemm in-natura ta’ dawn it-tip ta’ Uragani tal-Mediterran huma ferm diffiċli biex tipprevedi minn fejn se jgħaddu u l-intensità li se jkollhom,jidher li dan l-Uragan l-iktar li hemm ċans li jolqot huwa Sardinja u Sqallija.
Intqal kif minn għada l-Erbgħa sas-Sibt hi mistennija x-xita bir-ragħad, b’possibilità kbira li l-jiem tal-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu akkumpanjati mill-maltemp.