Is-sit tax-xiri onlajn eBay fetaħ kawża fil-Qorti kontra sit ieħor, Amazon, minħabba li dan tal-aħħar uża sistema interna ta’ messaġġi biex allegatament jisirqu klijenti ta’ eBay.
Is-sit eBay qed jgħid li rappreżentanti ta’ Amazon għamlu profili fuq eBay, u bagħtu messaġġi lil diversi utenti biex ibiegħu il-prodotti tagħhom fuq Amazon minflok. Dan, skont eBay, imur kontra l-ftehim li kull utent jaċċetta meta jissieħeb mas-sit.
“Din hija kampanja orkestrata biex jeħdulna l-klijenti b’mod illegali”, saħqu l-mexxejja ta’ eBay. Huma qed iħeġġu l-klijenti tagħhom jikkomunikaw b’telefonati biex jevitaw li jirċievu messaġġi minn Amazon.