Fi stqarrija uffiċjali l-organizzaturi ta’ Earth Garden ħabbru li Earth Garden Festival se jsir kif kien ippjanat. Dan tħabbar wara li nhar it-Tnejn giet imsejħa elezzjoni ġenerali u ħolqot preċedent ma’ edizzjoni ta’ din is-sena dan minħabba li taħbat fl-istess tmien il-ġimgħa tal-Festival.
“Huwa definittivament kollox bħas-soltu għalina. Mhux ser ninħbew wara subajna, konna maħsuda ftit bl-aħbar tal-elezzjoni ġenerali minħabba l-festival. Aħna ilna naħdmu fuq din l-edizzjoni għal aktar minn 9 xhur u din is-sena hija l-akbar sena tagħna, f’termini ta’ artisti u footprint. L-iskala tal-avveniment huwa definittivament waħda mir-raġunijiet għaliex kanċellament jew posponiment ma tistax tiġi kkunsidrata. Għandna aktar minn 100 artisti bit-titijiriet imħallsa, kuntratti u fatturi oħra, li jagħmluha loġistikament impossibbli biex tinbidel. Naturalment hemm ukoll il-fatt li għandna madwar 500 persuni li jaħdmu fuq is-sit u l-attendenza medja ta’ aktar minn 20 elf ruħ, imma aħna għandna wkoll identità unika magħmula minn nies ġenwini u li jħobbu l-mużika li għalhekk mhux ser niddiżapuntawhom” stqarrew l-organizzaturi ta’ Earth Garden Festival.
Earth Garden kien fil-fatt ivvutat bħala wieħed mill-aqwa 15-il festival fl-Ewropa li aktar tat ħeġġa lill-organizzaturi li tniedi l-Festival b’mod internazzjonalment.
L-edizzjoni ta ‘din is-sena se tkun l-akbar marka li qatt rajna f’Earth Garden b’żieda ta’ 30% inkluż 4 żoni tal-mużika, sit addizzjonali għall-ikkampjar, post ġdid ħhal Electronic Sphere, Music playground Jamming, sit ġdid għall-Healing fields, Ethnic Market, Gun Park u kif ukoll Foof court.
L-edizzjoni 2017 ta’ Earth Garden Festival se ssir fl-1 sal-4 ta’ Ġunju-Park Nazzjonali, Ta’ Qali. Bibien miftuħa nhar il-Ħamis Ġunju fis-6pm.