Il-qraba ta’ Antonio Camilleri ngħataw disa’ t’elef ewro f’kumpens wara li l-Qorti kkonkludiet li l-mewt tar-raġel kienet kawża li kien espost għall-asbestos waqt il-qadi ta’ dmirijietu fit-Tarzna.
Huwa miet seba’ snin ilu fl-eta ta tlieta u sebgħin sena kawża ta’ kanċer fil-pulmun. Huwa kien ilu li rtitat mit-tarzna mis-sena elf disa’ mija tlieta u disgħin wara erbgħa u tletin sena servizz fit-Tarzna. Il-Qorti semgħat kif għalkemm il-Gvern beda jieħu azzjoni dwar l-asbestos f’nofs is-snin disgħin l-perikli marbuta ma dan il-materjal tossiku kienu ilhom magħrufa mis-sittinijiet.
Kien għalekk li l-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti qalet li l-marda tar-raġel kienet ikkawżata minħabba nuqqas tal-istat u minkejja li huwa marad diversi snin wara li kien irtira ma tressqet l-ebda prova li turi li Camilleri ma kienx marad kawża tal-asbestos.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti xorta ħadet inkunsiderazzjoni l-eta avvanzata ta’ meta Camilleri kien marad.