Sidien ta’ minibuses, coaches u trakkijiet se jkunu jistgħu jgawdu minn għotja sabiex jaqilbu l-vetturi tagħhom għal aktar ħbieb tal-ambjent.
Dan billi fuqhom jiġu mpoġġija pannelli fotovoltajiċi li jgħinu fl-effiċjenza tal-vetturi u jnaqqsu l-emmissjonijiet.
Dawk is-sidien li jagħmlu din il-qalba jistgħu se jgawdu minn din l-għotja sa massimu ta’ €900.
Intant il-Gvern se jkun qed iniedi wkoll skema ġdida biex iħajjar operaturi ta’ minibuses, coaches u kif ukoll trakkijijet biex inaqqsu l-emissjonijiet tad-duħħan mill-vetturi tagħhom permezz ta’ installazzjoni ta’ filtri tal-partikuli (DPF) u ta’ sistemi ta’ tnaqqis katalitiku selettiv (SCR).
Flimkien ma’ dan, il-Malta Enterprise se tniedi skema maħsuba biex tassisti intrapriżi jibdlu vetturi li jaħdmu bil-fjuwil għal vetturi li jaħdmu b’mod elettriku u soluzzjonijiet oħra.
L-iskema se tkun qed tkopri parti mid-differenza fl-ispiża ta’ bejn vetturi li jaħdmu bil-fjuwil u vetturi li jaħdmu b’mod elettriku.