Permezz tal-proġett tal-enerġija, hekk kif imwiegħed, il-Gvern qed jagħti 90 miljun ewro ta’ kull sena fil-bwiet tal-familji u negozji Maltin u Għawdxin kollha.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista provat ixxekkel milli jingħataw dawn il-flus lill-Maltin u l-Għawdxin f’kull stadju. L-ewwel meta dan il-proġett kien proposta elettorali tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-2013 , imbagħad meta bdiet tiġi implimentata din il-wiegħda u provat twaqqaf dan il-proġett minħabba it-tanker tal-gass , li grazzi għalih ma bqajnix nużaw l-HFO , l-aktar żejt li jniggeż. Kif ukoll riedet twaqqfu minħabba li saret garanzija bankarja. Il-verita’ hi li dan il-proġett ġie skurtinizzat fid-dettal u wara approvat mill-Kummisjoni Ewropea.
Issa li l-garanzija bankarja ukoll tneħħiet u hemm 9 istituzzjonijiet ta’ reputazzjoniji internazzjonali f’dan il-proġett , il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jsib kritika oħra u jitkellem fuq is-sistema ta’ kif jinħarġu l-kontijiet. Sistema, li hi l-istess waħda li kienet preżenti fl-2009 taħt Gvern precedenti Nazzjonalista
L-unika ħaga li nbidlet hi l-kontijiet issa huma irħas b’25%