Ex- Ħaddiem ta’ KCA Plastics LTD rebaħ kumpens ta tmint elef u seba mitt ewro wara li inċident fuq il-post tax-xogħol wassal biex ma jistax juża idu l-leminija.
L-Inċident seħħ fl-elfjn u għaxra, meta John Brincat kien qed juża magna li tissiġilla l-flixken. Meta fetaħ il-magna biex jispezzjonaha din xegħlet weħidha, u idu l-leminija weħħlet fiha. Wara trattamenti fl-Isptar għal erba ġimgħat it-tobba qalulu li mhux se jkun jista jibqa’ juża din l-id u qed isofri minn diżabilta ta’ sbatax fil-mija. Brincat ilmenta li l-kumpanija li kienet timpejag kienet responsabbli għall-inċident.
Il-Kumpanija wieġbet billi qalet li l-magna msemmija għadha taħdem tajjeb sal-ġurnata tal-lum u qalet li Brincat ikkontribwixxa għall-inċident. Wara li analizzat kollox il-Qorti ddeċiedet li taqsam ir-responsabbilta bejn il-vittma u l-kumpanija. Wara li kkunsidrat id-diżabilta u l-eta ta’ Brincat, dan rebaħ tmint elef u seba mitt ewro kumpens.