Fl-ewwel xahar tal-elfejn ħamsa u għoxrin, 119,000-il elf persuna se jibbenefikaw minn €87 miljun f’għotijiet ta’ benefiċċji u pensjonijiet
Dawn jinkludi fost l-oħrajn il-pensjonanti, li se jkunu qed jieħdu żieda ta’ €8 fil-ġimgħa. Fuq termini ta’ sena, dan ifisser li kull pensjonant se jirċievi żieda ta’ €416.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha anke għamel referenza għal kif f’dawn l-aħħar 10 snin ta’ Gvern Laburista, il-pensjonanti żdiedu b’aktar minn €70 fil-ġimgħa.
Dan fl-istess waqt, li l-Gvern kompla jkun ta’ spalla għal l-istess pensjonanti, fosthom bl-aġġustament tal-bonus tal-ogħli tal-ħajja, tar-romol, pensjonanti tas-servizz, tas-ceiling tal-pensjoni għal min twieled qabel l-1962, u tneħħija tat-taxxa fuq pensjoni.
Dwar dan tkellem is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Mark Musu.
“Matul dawn l-aħħar ftit jiem, qed jingħataw total ta’ sebgħa u tmenin miljun ewro, f’pensjonijiet u benefiċċji lil mija u dsatax-il elf benefiċjarju li ngħataw propju fl-aħħar jiem. Dawn jinkludi l-pensjonanti tal-irtirar, pensjonanti tal-invadilità, il-benefiċċjarji tal-in-work benefit, il-benefiċċjarji tal-assistenza soċjali u l-benefiċċju non-kontributorji. ”
Segretarju Permanenti, Mark Musu
Fil-fatt, il-pensjonijiet kontributorji u dawk li jirċievu l-pensjoni ta’ l-età, b’kollox sal-aħħar ta’ din is-sena ser ikunu tħallsu biljun u mija u ħamsa u sebgħin miljun ewro f’pensjonijiet u pagamenti tal-bonus li jitħallas mal-pensjoni. Dan ifisser żieda ta’ 83% fuq in-nefqa fl-2013.
B’hekk, jekk wieħed jgħodd il-miżuri kollha, dak li 10 snin ilu, pensjonant kien jirċievuh bħala pensjoni f’sena sħiħa, illum qed jirċevuh fl-ewwel 8 pagament, filwaqt li jkun għad fadlilhom 5 pagamenti oħra.
Waqt l-istess konferenza, ġie nnotat wkoll li dan kollu wassal biex komplew jonqsu l-persuni fuq id-dipendenza soċjali.
Dwar dan kollu, il-Ministru Michael Falzon spjega li t-tkabbir fin-nefqa soċjali jirrifletti kemm dan il-Gvern mhux biss iħaddan valuri ta’ ġustizzja soċjali, iżda jipprattikahom b’mod konkret u ġeneruż. Dan b’kuntarju għal dak li kien jiġri fil-passat taħt l-amministrazzjoni ta’ GONZIPN.
“Differenza ta’ seba’ ewro fil-ġimgħa għall-pensjonanti kollha kemm huma. Ir-rekord ta’ ħaddieħor li f’għoxrin sena qatt ma’ żied ċenteżmu, li żid l-età ta’ irtirar minn wieħed u sittin għal ħamsa u sittin sena u li kien żid il-kontribuzzjoni għall-bolla minn tletin sena għal erbgħin sena.”
Ministru Michael Falzon