Robert Hornyold-Strickland, in-neputi u l-werriet ta’ Mabel Strickland, il-fundatriċi tat-Times, ġie kkumpensat ħamsa u tmenin elf ewro wara li l-Qorti kKstituzzjonali sabet kif il-liġi tal-kera l-antika kissret id-drittijiet tiegħu.
Il-każ idur fuq propjetà li tinsab fi Triq il-Merkanti, il-Belt u li kienet mikrija lil Ciantar Brothers Limited b’mija u disgħin ewro fis-sena.
Dan ferm anqas mit-tmintax-il elf ewro li Perit magħżul mill-Qorti qal li din kapaċi tkun mikrija bih.
Il-Prim Imħallef, Mark Chetcuti nnota kif din id-diskrepanza fil-valuri qed tikser id-drittijiet fundamentali ta’ Strickland.
Ta’ Ciantar waqfu jikru l-proprjetà u għaddewha lura lil Strickland, bil-każ kompla għaddej kontra l-Avukat tal-Istat.