49 kunsill lokali minn madwar il-pajjiż se jingħataw €800,000 bejniethom sabiex titħares il-kultura tant unika li għandu pajjiżna.
Permezz tal-iskema Attivitajiet Kulturali Annwali għall-perjodu bejn l-2023 u l-2024, dawn il-kunsilli qed jingħataw fondi mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u parzjalment iffinanzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. B’dawn il-flus, il-kunsilli lokali se jkunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet kulturali li jħallu impatt soċjoekonomiku b’saħħtu fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż.
Dan isaħħaħ l-element turistiku tal-lokalitajiet filwaqt li jippromovi l-kreattività, il-kwalità, u s-sostenibiltà tal-attivitajiet li jsiru mill-kunsilli lokali.
Il-fondi tħabbru mill-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, u mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli.
Din hija lista ta’ kunsilli li se jibbenefikaw, f’ordni alfabetika:
Birżebbuġa
Bormla
Fgura
Floriana
Ħad Dingli
Ħal Balzan
Ħal Għargħur
Ħal Għaxaq
Ħal Luqa
Ħal Qormi
Ħal Safi
Ħal Tarxien
Ħal Ljia
Ħamrun
Ħaż-Żebbug
II-Birgu
II-Gudja
Iklin
Imqabba
Imġarr
Ir-Rabat, Malta
Is-Siġġiewi
Iż-Żejtun
Kalkara
L-Isla
Marsa
Marsaskala
Marsaxlokk
Mellieħa
Mosta
Qrendi
San Ġwann
San Pawl il-Baħar
Santa Luċia
Santa Venera
Swieqi
Ta’ Xbiex
Xgħajra
Għawdex
Għajnsielem
Għasri
In-Nadur
Iż-Żebbuġ
L-Għarb
Munxar
Qala
San Lawrenz
Ta’ Kerċem
Ta’ Sannat
Xewkija