Il-Baġit għas-sena d-dieħla se jżid ukoll l-għotja għall-anzjani għall-carer at home.
L-għotja li tmur għal min jieħu ħsieb l-anzjan jew anzjana f’darhom, flok imorru f’dar tal-anzjani, se tiżdied b’€1,000 u għalhekk issa se titla’ minn €7,000 għal €8,000 fis-sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn din l-iskema jistgħu jgawdu qraba ta’ anzjani, hekk kif hi l-għażla tal-anzjani li jagħżlu carer, li jgħix magħhom biex jieħdu ħsiebhom u b’hekk jibqgħu jgħixu fil-komunità.