Il-Gvern se jkun ħallas mat-€80 miljun f’għajnuna ta’ ħlas ta’ pagi sabiex ġew salvati aktar minn 93,580 impjieg f’setturi milquta mill-pandemija.
Ħabbar dan il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia.
Il-Ministru Schembri qal li mill-Ġimgħa se jibdew jintbagħtu €25 miljun f’pagamenti għax-xahar ta’ Mejju.
Ħabbar li għalissa l-Gvern ħa jkompli jagħti din l-għajnuna, iżda wara din l-għajnuna l-gvern ħa jniedi miżuri oħra biex nattiraw investiment ġdid.
Il-Ministru Silvio Schembri stqarr: “Din l-għajnuna se tkun estiza għal Ġunju mbagħad se nħabbru miżuri li nistimulaw il-mutur ekonomiku u jkollna tkabbir ekonomiku.”
Fil-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li għall-iskema tal-leave tal-kwarantina, il-Gvern nefaq €850,500 u ġew proċessati 1,625 applikazzjoni.
Għall-iskema tax-xogħol mid-dar, il-Gvern ħallas €300,000 u ġew approvati 263 applikazzjoni.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia tkellem dwar kif minn Marzu ‘l hawn il-Malta Enterprise ħadmet qatigħ sabiex tgħin lin-negozji.
Huwa qal: “B’hekk bagħtna messaġġ b’saħħtu li fi żmien diffiċli l-Gvern jgħin lin-negozji.”
Ritratti (MEIB)