Il-Qorti Maltija ordnat kumpens ta’ kważi €78,000 lil koppja Maltija wara li dawn kienu involuti f’inċident bil-mutur fl-Italja.
Il-koppja, Joseph u Joan Mary Grixti kienu qed isuqu fi Scarperia meta Taljan li kien qed isuq vann baqa’ dieħel fihom.
Kawża tal-inċident ir-raġel u l-mara sofrew diżabilità permanenti ta’ 6%.
L-investigaturi Taljani kienu sostnew li s-sewwieq Taljan naqas li jagħti d-dritta lil koppja fuq il-mutur bil-konsegwenza li kiser f’daqqa u baqa’ dieħel fil-karreġjata tagħhom.
Wara li l-Imħallef Lawrence Mintoff qies diversi fatturi fosthom li l-mara ma setgħetx tieħu promozzjoni fil-post tax-xogħol tagħha, ordna li l-kumpanija tal-assigurazzjoni tas-sewwieq Taljan tħallas il-kumpens.