Ayrton D’Amato Quintano ta’ 25 sena mill-Ħamrun ġie kkundanat iħallas €78,000 f’kumpens lill-familja ta’ raġel li nqaleb bil-karozza wara li l-ġuvni baqa’ dieħel fih bil-vettura tiegħu waqt tiġrija illegali.
Il-każ ġara fil-21 ta’ Settembru 2013 ħdejn it-telgħa tal-Għammieri viċin ir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Dakinhar Filomeno Bonavia, ta’ 55 sena mill-Mosta, kien għaddej bil-vann tiegħu meta ntlaqat minn Jaguar misjuqa miż-żagħżugħ. Filomeno Bonavia miet fuq il-post.
Huwa kien tressaq il-qorti u ammetta li kkaġuna l-mewt ta’ Bonavia. Huwa kien ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal sentejn u €2,000 multa.
Iżda Sylvana Bonavia, l-armla tal-vittma flimkien ma’ wliedha fetħu kawżi ċivili.
Bl-Imħallef Lawrence Mintoff żamm liż-żagħżugħ responsabbli tal-inċident u sab li kien għaddej b’veloċità sfrenata.