Il-Korp tal-Pulizija se jkun qed jibbenefika minn €75,000 f’fondi Ewropej li €56,250 minnhom se jiġu allokati biex jinxtara tagħmir forensiku.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg spjega li dan il-proġett jinkludi x-xiri ta’ tagħmir li jiddentifika d-droga. Permezz ta’ dan l-apparat il-Pulizija ta’ Malta se jkunu mgħammra bl-aqwa teknoloġija biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata u attivitajiet illegali oħra.
Pajjiżna se jkun qed jinvesti madwar €100 miljun f’fondi Ewropej biex tissaħħaħ is-sigurtà interna u l-kontrolla mal-fruntiera. Aktar proġetti li se jkunu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi mistennija jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.