It-Tribunal Industrijali ordna kumpanija li tmexxi lukanda biex tagħti €7,500 lil pizzar wara li kkonkluda li keċċietu inġustament.
Alexander Cacciattolo fetaħ kawża kontra l-lukanda fi żmien il-pandemija.
It-tmexxija tal-lukanda talbet lil pizzar jaħdem bħala dulċier iżda mbagħad kellu joqgħod id-dar fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għax kien ibati mill-ażma.
Tal-lukanda mbagħad talbu lill-pizzar jitlaq mix-xogħol biex jieħu l-Wage Supplement bil-patt li mbagħad jidħol jaħdem wara iżda wara l-lukanda qalet li ma kellhiex xogħol għalih.
It-Tribunal argumenta li Cacciattolo spiċċa mix-xogħol inġustament.
Għall-pizzar dehret l-Avukat Elaine Degiorgio.