Sa Marzu tal-2017 il-bank Bank of Valletta għamel profitt ta’ €74 miljun, dan qabel il-ħlas tat-taxxa, ħabbar dan iċ-Chairman tal-BOV, Taddeo Scerri.
Dan il-profitt ifisser żieda ta’ 8% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Scerri sostna li dan ir-riżultat kien possibbli fosthom minħabba t-tkabbir ekonomiku, is-surplus tal-Gvern u it-tnaqqis fir-rata tal-qagħad.
Hu ħabbar ukoll li se sar xi tibdil fejn issa d-Diretturi tal-bank se jkunu qed jiġu appuntati għal tliet znin minflok għal sena.