Is-settur tal-gaming ħalla seba’ mitt miljun ewro fl-ekonomija Maltija s-sena li għaddiet b’ħamsa u ħamsin miljun ewro oħra jgħaddu f’taxxi lill-gvern. Dan hu settur li l-importanza tiegħu hija kbira minħabba l-fatt li jolqot direttament setturi oħra bħal dak tal-proprjetà u d-divertiment fost oħrajn. L-Awtorità Maltija għal-logħob mhijiex tistriħ fuq dak miksub u għaż-żmien li ġej qed tippjana bidliet importanti. Fosthom fil-liġi li tirregola s-settur.
Tkellimna dwar dawn l-aħħar żviluppi maċ-chairman eżekuttiv tal-Awtorità, Joseph Cuschieri.