Se jiżdiedu l-fondi għall-libreriji lokali kif ukoll se jiġu ffinanzjati inizjattivi kontra l-illiteriżmu.
Il-fondi li jiġu allokati lill-kunsill lokali b’rabta ma’ investimenti fil-libreriji lokali se jiżdiedu.
Dan se jsir bil-għan li jiġu ffinanzjati inizjattivi speċifiċi biex jiġġieldu l-illiteriżmu fil-komunitajiet lokali.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali waqt li kien qed iħabbar din l-iskema.
Permezz ta’ din l-inizjattiva l-Gvern ħa jkun qed joħrog €70,000 mmirata biex tilħaq 39 kunsill lokali.
Mis-somma imsemmija se jkunu €15,000 allokati speċifikament għal inizjattivi li jittieħdu minn kunsilli waħedhom jew anke f’ċertu ċirkostanzi flimkien.
“Nixtieq li niġbdu ħabel wieħed, biex flimkien nikkumbattu l-illiteriżmu. Irrid kunsilli li joħorġu b’ideat innovattivi ta’ kif huma jistgħu jgħinu ż-żgħażagħ u l-adulti f’dan ir-rigward. Pajjiżna għandu l-Istrateġija Nazzjonali kontra l-Illiteriżmu, politika li issa trid tinzel għall-livelli lokali.” sostna Buontempo