Resident mill-Birgu li uża facebook biex insulta lill-Ministru Joe Mizzi kien ikkundannat mill-Qorti biex ħallas €7,000. Lawrence Grech, ta’ 58 sena mill-Birgu, sofra minn inkonvejent minħabba xogħlijiet fit-triq tiegħu u kien urtat li fit-triq oħra x-xogħol kien għaddej b’ritmu iktar mgħaġġel.
F’Diċembru tal-2015 uża l-facebook biex iwassal il-frustrazzjoni tiegħu u f’kitba fuq facebook b’kummenti kkuluriti waħħal f’Joe Mizzi.
Il-Ministru fetaħ kawża ta’ libell. Għalkemm Grech kien neħħa l-kitba tiegħu l-Maġistrat qal li l-kumment kien imxerred minn madwar seba mitt persuna. Il-Qorti qalet li dan kien abbuż tal-midja soċjali.