Fil-Festa taċ-Ċitru, organizzata fil-Ġonna ta’ San Anton f’Jannar li għadda, inqata’ ċ-ċitru mis-sitt mitt siġra li hemm fil-ġnien tal-Palazz. Wara li ċ-ċitru li nġabar dan inbiegħ. Il-qliegħ, madwar sebat elef ewro, se jkunu qed jibenifikaw minnu għaqdiet li jaħdmu b’risq l-annimali.Fil-Palazz tal-President f’San Anton, l-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta preżentat parti mis-somma miġbura u ċertifikat lil madwar tlettax-il organizazzjoni non-governattiva. Għal din il-preżentazzjoni ingħaqdet ukoll Cookie, il-kelba tal-Eċċellenza Tagħha.
Il-President saħqet li dawk kollha li għandhom l-annimali għandhom jieħdu ħsiebhom, filwaqt li appellat sabiex iktar voluntiera jingħaqdu fi ħdan dawn l-għaqdiet sabiex tissaħħaħ il-ħidma favur l-annimali.