“Malta isbaħ, kwalità tal-ħajjar aħjar, opportunitajiet għal kulħadd.
Dawn huma l-għanijiet li rridu nilħqu flimkien għall-futur.”
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hekk sostna il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista bit-tema Malta Flimkien li mmarkat it-tnedija tal-ewwel ħames proposti.
L-ewwel proposta li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar hi li fuq medda ta’ seba’ snin se jiġu nvestiti €700 miljun fi spazji ħodor ġodda b’enfasi fil-qalba tal-ibliet u l-irħula.
Dawn se jinkludu parks, min għat-traffiku bi spazji ħodor fuqhom u parkeġġi taħt l-art.