Il-Parlament Ewropew approva l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ €672.5 biljun f’għotjiet u self biex ikomplu jiġu mgħejjuna l-istati membri jindirizzaw l-effetti tal-pandemija.
Dan il-fond approvat huwa l-akbar wieħed mill-pakkett ta’ stimolu msejjaħ Next Generation EU li kienet ħabbret il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Next Generation EU huwa meqjus bħala l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u b’kollox jiswa €750 biljun.
L-aħħar fondi approvati mistennija jintużaw f’oqsma diġitali, tħejjijiet għall-kriżijiet.
Il-fondi mistennija jintefqu wkoll f’setturi li jmissu magħhom it-tfal u ż-żgħażagħ fost oħrajn.
Fil-fatt is-€672.5 biljun f’għotjiet u self se jkunu disponibbli għall-finanzjament ta’ miżuri nazzjonali maħsuba biex itaffu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-pandemija.