Fl-2016, in-nefqa għal kull sodda kull lejl fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kienet ta’€636.
Qal dan fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fi tweġiba għal mistoqsijiet tax-shadow Minister Chris Said.
Il-qasam tas-saħħa f’Għawdex diġà qed jesperjenza bidla pożittiva. Dalwaqt naraw il-fltuħ ta’ iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts. Biswit l-isptar ġenerali ta’ Għawdex kif nafuh illum u anke fis-sit li llum jilqa’ l-pazjenti se jkun hemm bidla sħiħa b’faċilitajiet tal-ogħla livell biex f’Għawdex ikollna dak magħruf bħala ‘teaching hospital’ tal-ogħla livell.
B’hekk pass pass qed jieħu l-ħajja l-proġett ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat fil-qasam tas-saħħa. Ilbieraħ fil-Parlament il-Ministru Fearne qal ukoll li d-dekan ta’ Barts ikkonferma li l-Gvern Malti li sa issa 1,500 student internazzjonali wrew interess li jmoru jistudjaw fl-Isptar ta’ Għawdex.
Xejn inqas minn tabib Malti u Għawdxi applikaw biex imorru jgħallmu fl-iskola medika ta’ Għawdex.