L-Awtoritá tal-Ippjanarr se tkun qed tiffinanzja proġetti li se jsiru mill-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet ta’ Birkirkara, is-Swieqi u x-Xagħra.
Dawn il-proġetti jikkonsistu fost oħrajn, f’xogħlijiet fil-wied ta’ Birkirkara kif ukoll pavimentar madwar il-kappella ta’ San Anton Abbati fix-Xagħra Għawdex, filwaqt li se jsir xogħol ta’ tisbiħ fi ġnien FX Ebejer is-Swieqi. L-Awtoritá tal-Ippjanar allokat madwar €631,000 minn fond immirat għall-iżvillupp.
Apparti dawn il-progetti l-Awtoritá tal-Ippjanar iffinanzjat numru ta’ proġetti oħra fosthom proġetti li saru fil-lokalitá tal-Mellieħa li jinkludu d-dwal li tpoġġew f’Santa Maria Estate kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fil-bandli tal-Imqabba. Dawn il-proġetti huma riżultat ta’ investiment ta’ €233,000.
Fl-aħħar sena l-Awtoritá tal-Ippjanar iffirmat ftehim ma’ tlettax-il Kunsill Lokali għal proġetti ta’ żvillupp f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex li jammontaw għall-investiment ta’ madwar €1.2 miljun, fondi li ġejjin mill-Urban Improvement Fund.