Fond ta’ €600,000 dan sabiex ir-reġjuni ta’ Malta u Għawdex joħorġu bi pjani ta’ proġetti nnovativi fil-komunità.
Dan il-fond twaqqaf mill-Ministeru għall-Gvern Lokali u se jkun qed jitqassam fuq medda ta’ tliet snin.
L-għan huwa li jkun hemm promozzjoni t’integrazzjoni, li l-komunitajiet jsiru iktar b’saħħithom u kif ukoll biex issir konservazzjoni urbana.
Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari, Stefan Bountempo, waqt konferenza tal-aħbarijiet illum wara nofsinhar.