Is-somma li nġabret b’risq il-Partit Laburista fil-maratona ġbir ta’ fondi li saret tul il-jum tal-Ħadd laħqet il-€577,221.
Kien il-Kap Eżekuttiv George Azzopardi, li ħabbar is-somma finali fil-preżenza tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Fi tmiem ix-xandira tal-maratona l-Prim Ministru rringrazzja lin-nies tas-sostenn tagħhom u wiegħed aktar ħidma b’risq il-familji Maltin u Għawdxin.
Tul il-maratona kienu bosta l-interventi ta’ deputati u kandidati Laburisti filwaqt li bosta voluntiera tal-partit ġew jippreżentaw is-somom miġbura b’risq il-Partit Laburista.
Ma naqasx ukoll li l-familji jżuru l-villaġġ tal-Milied li ntrama barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun fejn skont il-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa n-nies gawdew jum fi spirtu festiv tal-Milied.