Il-Gvern, permezz tal-Animal Welfare Fund, qed jerga’ jalloka €50,000 biex jitqassmu bejn organizzazzjonijiet u santwarji tal-annimali.
Din is-sena kienu 12 is-santwarji u NGOs li applikaw. Fi żjara fis-santwarju Noah’s Ark fil-limiti tal-Mellieħa, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes innota kif sena wara l-oħra dan il-Fond qed jagħti appoġġ lil dawn l-għaqdiet bux iwettqu proġetti, u joffru servizzi favur il-ħarsien tal-annimali.
Dan f’konformitá mar-rieda tal-Gvern li jsaħħaħ dawn is-servizzi, kif jixhed anke l-ftuħ riċenti tal-isptar tal-annimali, u t-tnedija fil-qrib tal-Animal Welfare f’Ghawdex.