Illum jiftħu l-applikazzjonijiet għal għaqdiet mhux governattivi għal fond ambjentali ta’ €50,000, bl-għan li jniedu u jaħdmu fuq proġetti biex tisaħħaħ il-konservazzjoni tal-ambjent. Dan il-fond ambjentali huwa wegħda oħra mwettqa mill-Gvern li se jkun qed jinċentiva lil dawn l-għaqdiet sabiex fost oħrajn iżiedu l-għarfien fost il-pubbliku dwar l-importanza tal-ambjent.
L-għan ta’ dan il-fond, imniedi mill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, Jose Herrera, huwa li permezz ta’ din l-għajnuna l-għaqdiet ikunu jistgħu jidħlu f’proġetti tanġibbli biex isaħħu l-qagħda tal-konservazzjoni tal-ambjent u jiżvilluppaw kollaborazzjoni ambjentali u anke biex jisaħħu l-prattiċi maniġerjali ambjentali.
Dan il-fond se jkun imqassam fuq mhedda ta’ tlett snin, u l-applikazzjonijiet jgħalqu fit-31 ta’ Ottubru.
L-applikanti huma mitluba li japplikaw għal dan il-fond bi proġetti fit-termini mitluba mill-Ministeru sabiex ikunu approvati.