Il-Qorti tal-appell ikkonfermat il-ħtija ta’ gwardjan tal-ħabs li lura f’ Mejju tal-2016 ikkummenta b’mod offensiv fuq paġna fuq Facebook, iżda ma nstabx ħati li ħeġġeġ ir-razziżmu.
Vincent Debono, ta’ 46 sena kien immultat €5,000. Somma li l-Imħallef Edwina Grima ma sabitx eċċessiva anzi ddeskrivitha bħala minima fid-dawl li Debono ta’ kuljum jaħdem ma’ ħabsin ta’ kull razza, karnaġġjon u reliġjon- l-istess nies li kienu fil-mira tal-kumment offensiv tiegħu fuq facebook.