Il-ġenituri ta’ tfal, li bdew l-ewwel sena tal-edukazzjoni Post-Sekondarja tagħhom, mis-sena skolastika preżenti, se jkunu eliġibbli għal allowance speċjali ta’ €500 fis-sena għal tliet snin.
Dan tħabbar waqt li l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana kien qed jaqra l-Baġit għas-sena d-dieħla. Hu spjega li dan l-allowance se jibqa’ jingħata sakemm it-tfal jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u jkunu studenti full-time.
Din il-miżura tagħmel tajjeb għall-wegħda elettorali tal-Partit Laburista biex jgħin lil ġenituri li wliedhom ikomplu bl-edukazjoni tagħhom wara l-età obbligatorja.
Minn din il-miżura, sa tliet snin oħra se jgawdu mal-15,000 familja, b’nefqa ta’ €7.5 miljun.