Il-Prim Minstru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ħabbar investiment ta’ ħamsin miljun ewro oħra għall-bini ta’ madwar ħames mitt residenza ġdid ta’ housing soċjali għal min veru għandu bżonn.
Dan tħabbar mill-Prim Ministru, Joseph Muscat waqt li indirizza eluf kbar ta’ Maltin u Għawdxin f’mass meeting fi Pjazza Tritoni b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ju mil-Ħaddiem.
Dr Muscat qal li dan proġett iffinanzjat mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment se jingħaqad ma’ dak li diġà beda jitwettaq f’sittax-il sit mill-Awtorità tad-Djar għall-bini ta’ madwar sitt mija u tmenin residenza b’investiment ta’ ħamsin miljun ewro.
Il-Pirm Misnitru fisser dan il-proġett bħala l-akbar proġett soċjali ta’ pajjiżna u parti mil-legat li qiegħed jinbena mill-moviment Laburista:
1,100 unit ta’ housing godda fi zmien ftit snin b’investiment totali ta’ madwar mija u għaxar miljun ewro. Ghax ghandna l-prijoritajiet tagħna fil-post it-tajjeb. Qalbna hija fil-post it-tajjeb. Għax nifhmu li l-ġid li qed jinħoloq għandu jitqassam fost kulħadd. Prosperity with a purpose.
Huwa qal li din l-aħbar setgħet tasal biss għax il-pajjiż jiflaħ u għax il-Gvern ħadem bil-għaqal fl-aħħar ħames snin. Għaqal li wassal f’pożizzjoni li jitħabbar dan l-investiment f’housing soċjali għal min veru għandu bżonn:
Hemmhekk imorru l-flus għand min l-aktar li għandu bżonn. Hemmhekk qed imur is-surplus.
Il-Prim Ministru qal lill-folla preżenti li għandna nistennew li anke fuq dan l-investiment, ser isir attakk minn dawk il-ftit li ma jifilħux jaraw li qed tingħata għajnuna lil min l-aktar li għandu bżonn.
Nappella iżda għall-għaqda. Pajjiżna huwa wieħed mill-iktar li mxew ‘il quddiem fid-dinja, u fi żmien qasir. Persważ li jekk nibqgħu miftuħin u nispjegaw kemm imxejna ‘l quddiem anke f’dak li huma liġijiet u saltna tad-dritt, kulħadd jifhem minn fejn tlaqna u ‘l fejn sejrin.
Dr Muscsat tkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni tas-suq tal-kera u qal li dan se jkun l-ewwel Gvern li se jkollu l-kuraġġ idaħħal miżuri biex is-suq tal-kera ma jibqax il-ġungla li jinsab fih filwaqt li ssir qabża ‘l quddiem. Qal li dan se jsir billi tinħoloq aktar stabbilita’ fil-prezzijiet u ċertezza lis-suq, fl-istess ħin li jdaħħlu dmirijiet għas-sidien u drittijiet ġodda.
Se nkun ċar iżda akkost li jkun hawn min ma jieħux pjaċir. Il-housing soċjali irid ikun għal min veru għandu bżonnu. Għal min jipprova jkollu daru u ma jistax, minħabba mard jew faqar. Għal min jipprova u ma jistax. Mhux għal min jitgħażżen u mingħalih se jdawwar lill-Gvern fuq subgħajh. Mhux għal min għandu iżda jrid jiffranka li jixtri biex jieħu minn tal-Gvern.
Dr Muscat qal li fil-ġimgħat li ġejjin se tiftaħ konsultazzjoni wiesgħa biex jinħoloq bilanċ ta’ ġustizzja soċjali. Fejn min jikri propjeta’ se jingħata l-għajnuna biex ikollu qligħ ġust u biex min jikri jgħix f’daru ma jibqax mifni minn inċertezza.