Il-Gvern ħabbar l-allokazzjoni ta’ 50 miljun ewro f’fondi Ewropej li se jmorru għal proġetti marbuta mal-wirt kulturali.
Fost dawn il-proġetti nsibu dawk ta’ Chadwick Lakes u villaġġ tal-Karnival, bl-għan ewlieni warajhom jkun dak li jattiraw aktar turisti f’pajjiżna.
Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech sostna li dan il-Gvern ried li jkun hemm bilanċ bejn ekonomija li sejra tajjeb ħafna u l-aspett kulturali li jkun aktar aċċessibbli.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Ian Borg irrimarka li l-proċess għal dawn il-fondi ma kienx wieħed faċli, filwaqt li l-Gvern wera biċ-ċar l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ il-wirt storiku ta’ pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari fisser kif il-Gvern huwa kommess li t-turisti li jżuru f’pajjiżna jkunu jistgħu jgawdu l-wirt kulturali, kemm dak storiku u dak ambjentali.