L-Aġenżija Jobs Plus qed tibbenefika minn total ta’ €47 miljun minn Fondi Ewropej taħt il-programm Soċjali Ewropew 2014-2021 sabiex dawk inattivi u vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għal Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farruġa fil-Parlament waqt aġġornament fuq l-Aġenzija Jobs Plus.
Aaron Farruġia irrimarka li f’sitwazzjoni fejn Malta hi t-tieni l-inqas pajjiż fl-Unjoni Ewropea, bl-inqas rata ta’ qagħad il-Gvern xorta baqa għaddej b’ħidma sħiħa sabiex jassigura li dawk l-iżjed vulnerabbli ma jaqgħux lura, anzi jimxu ‘l quddiem.
Fost l-iskemi li bħalissa qegħdin jiġu implimentati mill-Jobs Plus grazzi għal Fondi Ewropej hemm:
1. Access to Employment Scheme: €12-il miljun biex intrapriżi f’Malta u Għawdex jipprovdu opportunitajiet ta’ xogħol lil persuni vulnerabbli. Din l-iskema mistennija tagħti għajnuna lil 1675 persuna.
2. The Vaste Programme: €11-il miljuni sabiex persuni bi bżonnijiet speċjali differenti u individwali jitħarrġu għal żvilipp fil-potenzjal tagħhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan il-proġett mistenni jilħaq 2000 persuna.
3. Training for Employment: €9.5 miljun biex tiġi offruta assistenza ta’ taħriġ lil job seekers li għandhom bżonn itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Din l-iskema mistenija taħti appoġġ lil 3650 persuna.
4. Youth Guarante: €5 miljuni sabiex żgħażagħ li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali jingħataw it-taħriġ meħtieġ biex tiġi ffaċilitata it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għad-dinja tax-xogħol. 5500 żgħażugħ taħt il-25 sena huma mistennija li jibbenfikaw minn din l-iskema.
5. Investing in Skills: €8 miljuni sabiex jingħata taħriġ lil persuni li diġa qegħdin fid-dinja tax-xogħol sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom. Din l-iskema mistennija tilħaq 6000 persuna.
6. Work Programme Initiative: €1.2-il miljun sabiex jindirizza lil dawk li huma meqjusa bħala long-term unemployed sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex itejbu l-prospettivi tagħhom biex jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol. Dan bi ħsiebu jindirizza2000 persuna.