Hekk kif f’nofsillejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn ntemmet il-maratona tal-Volleyball, li ssir kull sena b’risq id-Dar tal-Providenza, inġabru aktar minn erba’ mija u sitta u sittin elf ewro.
Uffiċjalment il-Maratona bdiet fis-sitta ta’ filgħaxiija tal-Ġimgha fil-preżenza tal-President ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono u ntemmet propju ftit tas-sigħat ilu,
Erbgħin plejer, li ffurmaw ħames timijiet, baqgħu jilagħbu mingħajr waqfien fi sħana qawwija. Uffiċjalment il-Maratona bdiet fis-sitta ta’ filgħaxiija tal-Ġimgha fil-preżenza tal-President ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono.
Fr Martin Micallef, Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, irringrazzja lill‑poplu Malti u Għawdxi, li għal darba oħra wieġeb b’tant ġenerożità għas‑sejħa li saret biex jinġabru l‑fondi għad‑Dar, permezz tal‑Maratona tal‑Volleyball.
Minbarra l‑erbgħin plejer li kienu l‑protagonisti ewlenin ta’ din il‑Maratona, kien hemm ukoll madwar mitejn voluntier. Kull filgħaxija kien hemm spettaklu mużikali fuq il‑palk prinċipali, ikel u xorb u logħob għat‑tfal.
Il‑Maratona xxandret b’mod dirett fuq l‑istazzjonijiet tat‑televixin ewlenin f’pajjiżna.